Qormi Daikin saħħew l-ewwel post tal-klassifika tal-Hockey 7s wara li għelbu lil Rabat 8-2.
Il-Qriema kienu dejjem minn fuq bir-Rabtin li għalkemm ippruvaw, sabuha diffiċli jlaħħqu mal-qawwa tal-avversarji.
Bikrambir Singh Sandhu u Ayrton Falzon skorjaw żewġ gowls filwaqt li Wyatt Magri, Luca Fsadni, Neil Spiteri Montebello u Gareth Dimech żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Jason Vella u Kevin Micallef skorjaw il-gowls ta’ Rabat.
Umpires kienu Alessandro Amore u Oscar Toledano.
KLASSIFIKA – HOCKEY 7s: Qormi 8, GREE Zurrieq Wolves Hotsticks, Floriana Young Stars 6, White Hart 2, Rabat 0.
Sadanittant it-tim ta’ taħt it-18-il sena ta’ Qormi Daikin ġie ppreżentat bit-tazza ta’ champions wara l-aħħar partita li kellhom kontra Marsaskala Heat. Dawn tal-aħħar kellhom il-konsolazzjoni li rebħu lir-rivali tagħhom wara skor ta’ 5-3.
L-Iskalin kienu motivati li jiksbu t-tliet punti u kellhom lil Kyron Carabott u Jerome Carabott awturi ta’ doppjetta kull wieħed. Alessandro Piscopo żied ieħor għat-tim tiegħu.
Qormi sabu x-xibka wara doppjetta ta’ Neil Spiteri Montebello u gowl ieħor ta’ Wyatt Magri.
Umpires kienu Alessandro Amore u Karl Chircop.