Il-Malta Models Fashion Parade kellha debutt grandjuż fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet b’ċelebrazzjoni tal-moda, imħallta mal-mużika u l-arti organizzata fil-maħżen tal-Karnival tat-Toto Perżuta Carnival Company.
Organizzata minn Jeanette Bezzina mill-Malta Models, b’kollaborazzjoni mal-istess kumpanija tal-Karnival, l-isfilata mmarkat kapitlu ġdid fix-xena tal-moda Maltija, fejn l-istil eleganti ngħaqad għall-ewwel darba mal-ispirtu vibranti tar-renju tal-bluha qalb xogħlijiet artistiċi li qed jiġu mħejjija għall-edizzjoni ta’ din is-sena.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/11092126/Screenshot-2025-02-10-at-14.14.59-edited.jpg)
Din l-ispettaklu affaxxinanti laqqa’ sitta mill-aktar ditti rinomati tal-moda – Morgan, Promod, Jules, Caroll, Lady’s Secret Lingerie Boutique u Juneberry – li esebew il-kollezzjonijiet l-ġodda tagħhom.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/11091910/43-706x1024.jpg)
Inħolqot atmosfera b’enerġija unika, grazzi wkoll għall-prestazzjonijiet mużakali tad-DJs rinomati Joseph Armani u Denzel Jo Armani.
Imwaqqfa fl-2021, Malta Models malajr stabbilixxiet ruħha bħala aġenzija ewlenija ddedikata għall-kreattività u l-espressjoni artistika fl-industrija tal-moda lokali.
Wieħed mill-aktar mumenti mistennija fl-isfilata l-Ħadd li għadda kien il-kxif tal-karru tal-Karnival għal din is-sena mit-Toto Perżuta Carnival Company, immexxija minn Roderick (Toto) u Raymond (Perżuta), l-imħuħ artistiċi li, għal darb’oħra, urew il-kapaċitajiet kbar tagħhom.