Ukren ta’ 34 sena tressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ vjolenza domestika li jmorru lura għal Ottubru li għadda.
Fis-17 t’Ottubru 2024, ġie akkużat li daħal id-dar xurban u beda jgħajjat b’mod aggressiv mal-mara, dan wara li t-tfal tagħhom bdew jilgħabu u jagħmlu l-istorbju.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-imputat heddidha li jekk ma ssikkithomx, se joqtolha. B’konsegwenza ta’ dan, il-mara qabdet lit-tfal u marret tgħix f’xelter.
Il-Maġistrat Nadia-Helena Vella sabitu ħati u poġġietu taħt probation u trattament għal tliet snin.