Niġerjan ta’ 29 sena nżamm arrestat wara li attakka raġel fl-appartament tiegħu f’San Pawl il-Baħar.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-allegat vittma qal li n-Niġerjan mar wara l-bieb tal-appartament tiegħu u beda jheddu. Meta l-vittma mar biex jiftaħ il-bieb, l-imputat allegatament qabad itih.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Meta l-Pulizija marru fuq il-post sabu lill-imputat b’idejh bid-demm.
L-akkużat wieġeb mhux ħati u baqa’ jinżamm arrestat.