Illum, l-10 ta’ Frar, Malta qed tiċċelebra l-festa ta’ San Pawl Nawfragu.
Din il-festa tkun iċċelebrata f’nharha, b’mod partikolari fil-Belt Valletta.
Dalgħodu saret il-quddiesa solenni ta’ dan il-jum fil-Knisja ta’ San Pawl, il-Belt, b’din il-quddiesa kienet ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/10131430/476923036_122180768192260567_5545912941194783725_n-1024x683.jpg)
Preżenti għal din il-quddiesa kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, il-Ministru Owen Bonnici f’isem il-Gvern, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u l-Prim Imħallef Mark Chetcuti.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/10132639/477255288_1179032893593367_8935541466237921510_n-1024x684.jpg)
F’dan il-jum il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela awgura l-festa t-tajba lill-Maltin u Għawdxin kollha.
Ritratti: Myriam Spiteri Debono / Owen Bonnici