Maltija ta’ 47 sena weġġgħet serjament f’rasha u l-ispina, wara li żelqet fuq il-vulkan Etna fi Sqallija.
Rapporti mill-Italja qalu li l-inċident seħħ x’ħin il-mara kienet fuq is-slitta u żelqet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet aktar diffiċli minħabba l-borra qawwija li qed tagħmel u anki minħabba ċpar. Dan wassal biex hi ttieħdet fi sptar viċin u ma setgħetx tiġi evakwata permezz ta’ ħelikopter.