Kaxxier f’ħanut, Eritrean ta’ 34 sena ħelisha ħafif wara attentat ta’ serqa, li seħħet ilbieraħ filgħaxija.
Dan il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, fi Triq il-Wied.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel mgħammad u allegatament armat b’sikkina daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-Eritrean.
Immedjatament l-ħaddiem li kien hemm fil-ħanut sakkar il-kexxu tal-flus, bil-ħalliel agredixxa lill-kaxxier bi flixkun tal-ħġieġ li sab, bi tnejn li huma spiċċaw jissaraw ma’ xulxin.
Fl-istqarrija l-Pulizija qalet li l-ħalliel ħarab minn fuq il-post ftit tal-ħin wara mingħajr ma rnexxielu jieħu xejn.
Ir-raġel aktar tard ittieħed f’ċentru tas-saħħa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, hekk għaddejja bi tfittxija għal allegat ħalliel.