Mara u raġel, it-tnejn ta’ 29 sena ddaħlu l-isptar wara li nqalbu bil-karozza f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:15 fi Triq il-Palma.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-karozza involuta kienet misjuqa minn mara ta’ 29 sena minn Santa Venera u magħha kien hemm ukoll raġel ta’ 29 sena li jgħix il-Marsa.
Fuq il-post marru wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma’ tim mediku.
Dawn tal-aħħar ħadu lir-raġel u l-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.