Il-Ħadd filgħodu, f’Pembroke saret protesta, wara l-aħbar li hemm il-ħsieb li l-ground tal-futbol 5-a-side qed ikun maħsub li jitneħħa, biex flok isir grawnd għal Padel.
Dan se jfisser li se jkun hemm inqas spazju għal-logħob u t-taħriġ tal-futbol għat-tfal ta’ din il-lokalità. Il-protesta, li saret mill-ġenituri u t-tfal, kontra l-proposta u l-pjanijiet tal-President ta’ Pembroke Athleta Alex Calleja.
Dawk preżenti stqarrew ma’ ONE News li l-klabb diġà għandu għaxar padel courts fi ħdanu.
Il-ġenituri rrabjati qalu li ma jixtiequx li l-grawnd tal-5-a-side, li dejjem mimli bit-tfal jittrenjaw, jispiċċa u minflok isir padel ieħor kif inhi l-intenzjoni tal-President ta’ Pembroke Athleta u l-kumitat tal-klabb.
ONE News tkellem ma’ uħud li kienu fuq il-post, fejn spjegawlna aħjar il-ħsibijiet tagħhom dwar il-proġett.
Qal, “Hawn ħafna tfal biex ikunu jistgħu jittrenjaw kollha għandna bżonn dan l-ispazju. Fejn se jitrenjaw? Hemm ħafna age groups, ħafna timijiet , għandna nursey vera b’saħħitha. Għandna bżonnu dan l-ispazju.”
Qal, “Dan se jillimita serjament it-training space għat-tfal tagħna. Kif qegħdin bħalissa, hawn il-grupp taż-żgħar nett, aktar il quddiem ikun hemm il-grupp ta’ naqra ikbar minnhom , imbagħad ta’ naqra ikbar minnhom. Ovvjament mingħajr dan il-pitch se jiġu limitati serjament il-grawnds li huma available għat-tfal tagħna biex jitrenjaw.”
Qal, “Dan il-grawnd huwa tagħna, hu jibqa’ tagħna.”