Ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Song Contest, Miriana Conte, iddaħlet l-Isptar Mater Dei wara inċident fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.
L-inċident seħħ dalgħodu għal ħabta tal-10:30, meta kienet involuta f’ħabta ma’ karozza oħra. Hi kienet passiġġera f’karozza, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena li jgħix Birkirkara, li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
Lanqas is-sewwieq tal-karozza tal-oħra ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Sorsi ta’ ONE News qalu li Conte ddaħlet l-isptar hekk kif tinsab fi stat ta’ xokk.
Conte, ilbieraħ filgħaxija, rebħet il-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘Kant’ u se tirrappreżenta lil Malta waqt il-Eurovision Song Contest, f’Mejju li ġej, fl-Iżvizzera.
AQRA AKTAR: