Żewġ persuni ġew arrestati wara investigazzjonijiet separati b’rabta ta’ importazzjoni ta’ droga u sustanzi oħra illegali.
Fl-ewwel każ, żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Bożnija-Ħerzegovina, ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta’ pajjiżna. Dan hekk kif waqt tfittxijiet ta’ rutina li kienu qed isiru, ir-raġel li kien għadu kemm wasal Malta fuq titjira minn Barċellona, deher jaġixxi b’mod suspettuż.
Fil-bagalja nstabu seba’ pakketti li fihom kien hemm madwar tmin kilogrammi sustanza suspettata kannabis.
F’investigazzjoni oħra, raġel ta’ 33 sena mill-Ġordan kien arrestat wara li mill-investigazzjonijiet irriżulta li allegatament bidel residenza f’post biex tiġi mmanifatturata sustanza illegali ta’ droga sintetika oħra.
Dan irriżulta wara li aktar qabel il-Pulizija kkonfiskat suspettuż li wasal bil-posta, indirizzat lir-raġel fir-residenza fl-Imġarr. Fl-istess residenza l-Pulizija sabet ukoll numru ta’ pakketti b’sustanza allegatament kokaina.
Huma se jitressqu l-Qorti l-Ħadd.