Żewġt irġiel, Maċedonjani ta’ 25 sena u 36 sena, li jgħixu ż-Żebbuġ, Għawdex, weġġgħu gravi wara inċident fiż-Żebbuġ stess.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, fi Triq ir-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-Maċedonjan ta’ 25 sena tilef il-kontroll tal-vann, li kien qiegħed isuq u waqa’ f’wied madwar sular u nofs għoli. Fil-vettura kien hemm ukoll il-Maċedonjan l-ieħor.
Fuq il-post ġew imsejħa wkoll il-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu. B’dan tal-aħħar ħadu lill-irġiel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.