GZIRA UTD – HIBERNIANS 1-4
Referee: Daniel Portelli
Asst Referees: Roberto Vella & Mitchell Scerri
Raba’ Ufficjal: Slobodan Petrovic
Hibernians kisbu rebha konvincenti fuq Gzira United f’loghba li huma ddominaw ghal hinijiet twal anke jekk sabu ruhhom minn taht fi tmiem l-ewwel taqsima minkejja li Gzira kienu qed jilghabu bi player inqas. Huma kienu dominant ghal kollox wara l-mistrieh fejn skurjaw erba’ darbiet minghajr risposta.
Gzira kellhom fejn jifthu l-iskor fis-7 minuta meta Joseph Minala xxuttja barra mill-qrib minn azzjoni ta’ corner moghti minn Stefan Denic.
Hibernians wiegbu 4 minuti wara b’xutt ta’ Jurgen Degabriele li habat mal-lasta l-wieqfa u komplew ikollhom l-aktar mil-loghob ghal prattikament l-ewwel taqsima kollha b’diversi konkluzjonijiet.
Fl-14-il minuta Alex De Souza kkrossja ghan-nofs imma l-GK Formosa salva tajjeb id-daqqa ta’ ras ta’ Khevin Fraga.
Fit-22 minuta Formosa salva tajjeb xutt ta’ Degabriele waqt li fil-35 minuta cross ta’ Alex De Souza wasal ghand Lucas Villela li x-xutt tieghu minn qaghda centrali gie mblukkat f’corner.
Fis-37 minuta Gzira sfaw jilghabu bi player anqas meta Luis Riascos intwera karta hamra ghal foul bla ballun fuq Ilias Martinis.
Madankollu, minkejja l-izvantagg numeriku, Gzira marru fil-vantagg fil-45 minuta meta Brooklyn Borg twaqqa’ fil-kaxxa minn Nunes Silva u Hassany Faysal Chouaib skorja mill-11-il metru.
Fit-tieni taqsima Hibernians intefghu mill-ewwel fuq l-attakk u fi ftit minuti mhu biss kisbu d-draw imma sahansitra marru fil-vantagg.
Fid-49 minuta Bjorn Kristen ghadda l-ballun lil Khevin Fraga li x-xutt tieghu deher li se jigi salvat mill-GK Formosa imma l-ballun harablu minn idejh u spicca fix-xibka ghall-goal tad-draw.
Erba’ minuti biss wara, fit-53 minuta, Jurgen Degabriele kompla l-ballun lejn Villela Lapert li b’xutt fil-baxx ghar-rokna gheleb lil Formosa u pogga lil Hibernians fil-vantagg.
Gzira ppruvaw iwettqu xi forma ta’ reazzjoni imma kienu Hibernians li komplew ikabbru l-vantagg fil-71 minuta meta minn corner moghti minn Degabriele, kien Bjorn Kristensen li ghola fuq kulhadd biex b’daqqa ta’ ras iddepozita l-ballun fix-xibka.
Hibernians ziedu goal iehor fit-78 minuta meta minn azzjoni ohra ta’ corner kien Rui Bruno Fragoso li skorja biex ghamilhom 4-1.
Fis-86 minuti kien il-goalkeeper Formosa li cahhad lil Alex Bruno minn goal iehor meta ntefa’ minn tulu biex evita li l-ballun jispicca fix-xibka.
Player tal-Loghba: Khevin Rodrigo Fraga (Hibernians)