BIRKIRKARA – MOSTA 2-0
Referee: Alex Johnson
Asst Referees: Duncan Sultana & Robert Curtis
Raba’ Ufficjal: Philip Farrugia
Birkirkara telghu temporanjament jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika ma’ Marsaxlokk b’rebha fuq Mosta fejn skurjaw goal kull taqsima, waqt li Mosta ghamlu t-tieni taqsima kollha jilghabu b’ragel anqas.
Birkirkara fethu fuq l-attakk u skurjaw fl-ewwel azzjoni li holqu fis-sitt minuta meta Alex Satariano gheleb lill-goalkeeper Mosti Udoh Akpan bi gmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa li spicca fir-rokna tax-xibka.
Mosta ppruvaw iwettqu reazzjoni u fit-12-il minuta l-goalkeeper Karkariz Giacomo Volpe salva f’zewg tentattivi fuq Gabriel Chiemezie.
Birkirkara resqu qrib illi jirduppjaw fl-34 minuta meta Maxuell Maia rcieva minn fuq ix-xellug minghand Manuel Morello izda l-goalkeeper Akpan salva tajjeb f’corner biex cahhad lill-attakkant Karkariz.
It-tieni taqsima rat lil Mosta jispiccaw jilghabu bi player anqas fl-ewwel minuta meta Joao Texeira ntwera karta hamra diretta ghal foul professjonali fuq Satariano.
Din kienet daqqa ta’ harta kbira ghall-Mostin fit-tentattiv li jirkupraw l-izvantagg li kellhom biex kif mistenni Birkirkara ddominaw u holqu l-aktar azzjonijiet perikoluzi.
Fid-59 minuta tentattiv ta’ Maxuell Maia gieghel lill-goalkeeper Mosti Akpan isalva f’corner.
Izda fis-67 minuta Birkirkara rduppjaw meta cross ta’ Morello holoq konfuzjoni fil-kaxxa u Paul Mbong mill-qrib spara l-ballun fix-xibka.
L-istess Mbong rega’ resaq qrib fil-75 minuta b’xutt li Akpan salva f’corner.
In-naha l-ohra f’kontrattakk Mosti fid-79 minuta Clayton Failla nkariga ruhu minn freekick li ghadda ftit gholi fuq il-lasta Karkariza.
L-ahhar azzjoni tal-loghba waslet fil-hin mizjud meta Gnamien Yipke ghal Birkirkara kellu xutt salvat f’corner minn Akpan.
Player tal-Loghba: Alex Satariano (Birkirkara)