L-eks Prim Imħallef Silvio Camilleri, jidher li għandu opinjoni fuq prattikament kollox u jitfa’ kummenti fuq il-portals tal-aħbarijiet bħat-Times online, li jvarjaw sa anke fuq dak li jiġri barra minn xtutna.
Iżda l-aktar li spiċċa għamel ħoss kien kummenti li għadda dwar ir-riforma fl-inkjesti maġisterjali u, waqt li diversi avukati ta’ esperjenzaw argumentaw li tali tibdil kien ilu jinħass is-snin, anke minn żmien l-istess Camilleri, il-Prim Imħallef Emeritu ħareġ qatta’ bla ħabel kontra li jiġu eliminati l-abbużi mis-sistema.
Interessanti jibqa’ l-fatt li, aktarx biex jiġbed l-attenzjoni tal-istess Times fejn tefa’ l-kumment dwar l-inkjesti maġisterjali, Silvio Camilleri rrepeta l-kumment tiegħu għal aktar minn darba.
Fi kliemu, bla dubju, jispikka l-akkaniżmu politiku kontra l-Gvern, li ċertament ma jirriflettix lanqas tajjeb fuq il-pożizzjoni ta’ ġudikant, li għalkemm illum irtirat, għadu jġorr it-titlu ta’ Prim Imħallef Emeritu.
Persuni midħla sew tal-qrati tagħna qalu lil ONE News li tali atteġġjament xejn ma jawgura tajjeb u żgur mhux fil-livell tal-istandards li wieħed jistenna minn persuna li, għal snin serviet bħala Prim Imħallef.
Interessanti li Camilleri spiss jikkummenta fuq dak kollu li jiġi għall-għajnejh, b’kummenti kontinwi u f’kull mument – minn kummenti fuq l-ispettaklu televiżiv ‘Big Brother’ għall-politika Amerikana, deċiżjonijiet tal-Qorti, sal-fatt li kumpanija ġurnalistika biegħet is-sehem tagħha.
Ma jonqsux lanqas l-attakki kontinwi kontra l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/08163449/2-1-1024x230.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/08163501/3-1-1024x172.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/08163518/5-1-1024x159.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/08164215/7-1024x213.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/08164218/8-1024x219.jpg)
Camilleri jibqa’ imfakkar għall-fatt li meta kien Prim Imħallef kien ġie nnominat biex iservi fil-Qorti Ewropea, iżda spiċċa falla mill-iskrutinju u ma ġiex aċċettat.
Minbarra hekk, fiċ-ċrieki tal-ġudikatura hu ferm magħruf meta pprotesta kontra t-tibdil fil-protokoll tal-Istat, għax baqa’ ma niżżilha qatt li sab ruħu wara l-Ispeaker tal-ogħla istituzzjoni f’pajjiżna, jiġifieri l-Parlament, u wara l-Arċisqof fil-lista.
Sussegwentement, waqt li kien Ċerpersin tal-Kumitat tal-Avukati u l-Prokuraturi Legali, l-istess Camilleri pprova jissuġġetta lil avukati prospettivi għal mistoqsijiet degradanti u li jidħlu fuq il-ħajja personali tagħhom, bħal jekk għandhomx diżabilità fiżika.