Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża lill-pubbliku biex ma jikkonsmax tliet prodotti tal-ikel minħabba livelli għoljin ta’ sustanzi tossiċi u irritanti.
L-ewwel prodott huwa Sella Basmati Rice tad-ditta AL Shalan (lott 1311/22/ALT, skadenza 31/08/2026, 1kg, Indja), li fih livelli għoljin ta’ Mineral Oil Components (MOSH u MOAH), sustanzi li huma wkoll possibbilment karċinoġeniċi.
It-tieni prodott hu dqiq tal-pistaċċi tad-ditta Scacciu (lott 177/25, skadenza 24/06/2025, 1kg), li fih aflatossini, tossini prodotti minn fungi Aspergillus, li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-fwied u żieda fir-riskju ta’ kanċer.
It-tielet prodott huwa Salted Mini Pretzels Milk Chocolate u Dark Chocolate tad-ditta Alpenfest (lott 8534, skadenza 31/05/2025, 140g), li jista’ jikkawża ħruq u irritazzjoni fil-ħalq u l-ilsien.
Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jevita l-konsum ta’ dawn il-prodotti.
Aktar informazzjoni tinkiseb bit-telefown fuq 2133 7333 jew b’imejl fuq admin.ehd@gov.mt jew fuq is-sit www.environmentalhealth.gov.mt inkella lpaġna ta’ Facebook tal-EHDMalta.