Tifel ta’ erbatax-il sena miż-Żurrieq baqa’ miżmum taħt arrest fil-YORS wara li wieġeb mhux ħati li hedded lil ommu u lil nanntu b’sikkina li kien se jċarrathom u joqtolhom.
Il-Qorti semgħet kif ommu stess kienet li rrapportatu. Intqal kif iż-żagħżugħ ħareġ ma’ xi ħbieb u ommu ddeċidiet li tmur tfittxu meta sabitu fi ġnien f’Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Meta ġie avviċinat, hu ħareġ sikkina u beda jhedded lil ommu u lil nanntu li lest iċarrathom u joqtolhom għal elf ewro. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei kawża ta’ ħsibijiet ta’ suwiċidali.