Raġel intbagħat xahrejn ħabs wara li seraq fliexken tal-alkoħol.
L-akkużat seraq erbat ifliexken minn ħanut fi Triq ir-Repubblika fil-Belt fil-5 ta’ Frar fejn ġie arrestat ftit tal-ħin wara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Ispettur Elisia Schembri qalet kif uffiċjali tal-Pulizija fil-Belt innutaw raġel suspettuż.
Il-fliexken li nsterqu kien jiswew €34.
Il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil bagħtet lill-akkużat, Sabdi Hamad Mohammed ta’ 50 sena, xahrejn ħabs u ordnatlu jħallas lura l-ammont li seraq f’erba’ xhur.
Il-Qorti ħareġt ukoll ordni ta’ protezzjoni favur sid il-ħanut.