Tliet plejers rebħu l-finali rispettiva tagħhom fil-Blackball hekk kif fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara ntlagħab turnew ieħor ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2025.
Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Steve Muscat kien ferm preċiż fil-logħba li kellu kontra Matthias Debono hekk kif rebaħlu 9-4. Fil-kategorija ta’ plejers ‘l fuq minn 40 sena, Duncan Edwards għeleb lil Mario Scicluna 10-3 f’logħba li hu ddomina.
Finalment, fil-finali tal-Masters 50+ Johan Grixti kellu rebħa tajba ta’ 9-3 kontra Jesmond Schembri.
Dawn it-tliet plejers kisbu post awtomatiku mat-tim nazzjonali Malti li se jikkompeti fit-tazza tan-nazzjonijiet 2025 tal-Blackball li se ssir fi Bridlington bejn il-5 u l-11 t’April li ġej.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/07110501/thumbnail_bl2-1024x682.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/07110507/thumbnail_bl3-1024x682.jpg)