Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo, għal darb’oħra, ikkonferma li, dwar il-Malta Labour Migration Policy, il-Partit Nazzjonalista jinsab waħdu u iżolat, filwaqt li jridu jieħdu lura lill-pajjiż għal żmien GonziPN.
Minkejja li, fl-2024, il-popolazzjoni ta’ pajjiżna stabilizzat ruħha anke permezz ta’ miżuri li ddaħħlu biex jitnaqqsu l-ħaddiema barranin li ma kinux meħtieġa, Castillo baqa’ jinsisti li l-popolazzjoni f’pajjiżna qed tikber bla rażan.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/07165756/Screenshot-2025-02-07-at-16.53.02-1024x576.jpg)
Iżda meta kien mistoqsi x’biħsiebu jagħmel il-partit tiegħu biex inaqqas il-popolazzjoni, hu qal li l-viżjoni tal-PN hi li jreġġa’ lil pajjiżna lura għal 12-il sena ilu, meta pajjiżna kellu mat-tmint elef persuna qegħda.
“Illum il-ġurnata aħna rridu naraw li nerġgħu mmorru għall-valur miżjud li kellna qabel l-2013
Ivan Castillo, Kelliem tal-PN
Għalkemm, pajjiżna għandu waħda mill-inqas rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea u tkabbir ekonomiku ta’ 7%, skont Ivan Castillo, pajjiżna għandu ekonomija falluta u Gvern Laburista m’għamel xejn fi tnax-il sena.
“Illum il-ġurnata nafu li dan il-Gvern, il-viżjoni ekonomika tiegħu, falla”.
Ivan Castillo, Kelliem tal-PN
Il-Malta Labour Migration Policy kienet imfaħħra mill-korpi kostitwiti kollha, ħlief għall-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni.
“Hawn affarijiet li, iva, għedt li huma tajbin”.
Ivan Castillo, Kelliem tal-PN
Iffaċċjat b’diversi mistoqsijiet dwar il-pożizzjoni Nazzjonalista dwar din l-istrateġija, Ivan Castillo ma kienx kapaċi jwieġeb. Dan minkejja li l-Gvern diġà rċieva mijiet ta’ sottomissjonijiet f’reazzjonijiet għaliha.
“Jiena, sal-lum, irċevejt 300 submissions. Qabel ġejt hawn iċċekkjajt, għedtilhom kemm waslu submissions, ma waqaftx niltaqa’ ma’ nies għadni, 300, imma tal-PN għadha mhux hemm. Qed jikkonfermaha l-kollega Ivan Castillo.”
Il-Ministru, Byron Cam illeri