L-episodju li jmiss tal-programm ‘Bla Fruntieri’ fuq ONE se jiddiskuti s-summit informali tal-mexxejja Ewropej ma’ Dr Leandro Borg, li hu x-Sherpa l-ġdid ta’ pajjiżna wara Glenn Micallef.
Dr Borg, li fil-kariga tiegħu jservi bħala konsulent tal-Prim Ministru fl-oqsma Ewropej, se jitkellem dwar ir-rwol speċifiku tiegħu fi ħdan il-Gvern bħala s-suċċessur ta’ Glenn Micallef, illum Kummissarju Ewropew f’isem pajjiżna.
X’jinvolvu l-preparamenti għal dawn il-laqgħat u x’kien l-għan principali tas-summit fejn attenda l-Prim Ministru u li ffoka primarjament fuq is-sigurtà u d-difiza jew x’ħareġ minn dawn id-diskussjonijiet u t-triq ‘il quddiem kollha se jiġu ttrattati fil-programm, li għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Claudette Abela Baldacchino.
Minbarra hekk, fl-istess programm nhar il-Ħadd tintervjeni wkoll il-Whip u Deputata Laburista Dr Naomi Cachia dwar il-ħatra mill-Kunsill tal-Ewropa bħala rapporteur f’dossier dwar iż-żgħażagħ, waqt li l-Ministru Owen Bonnici se jispjega r-riżultat ta’ konferenza fl-Ukrajna.
‘Bla Fruntieri’ jixxandar il-Ħadd mill-10:00 ta’ filgħodu fuq ONE.