Bħal kull sena id-dilettanti tal-Ornitoloġija ħadu sehem fil-kampjonat Mondjali, li huwa l-ogħla esibizzjoni tal-għasafar li tiġi organizzata mill-Confederation Ornithlogque Mondiale, bis-sehem ta’ 49 pajjiz madwar id-dinja.
Din l-esibizzjoni, li ttellgħet fil-Portugal, rat ‘il fuq minn 23,000 għasfur minn 22 pajjiz differenti madwar id-dinja.
Din is-sena l-Maltin esibixxew 361 għasafur, fosthom għasafar eżotiċi, tipi differenti ta’ kanali, tipi ta’ gamiem u summien, kif ukoll għasafar ta’ Fauna Ewropea, jiġifieri dawk tal-għana.
Dawn l-esibituri ġejjin minn diversi klabbs tal-għasafar, affiljati mal-Klabb Bird Breeders Association C.O.M Malta – fosthom il-Malta Cage Bird Association, Songbirds Association Malta, Exotic Finch Association, Assoċazzjoni Kanali Kulur Malta, Malta Gloster Breeders Society u Malta Gloster Association.
Malta bdiet tieħu sehem f’din l-esibizzjoni lura fl-1998 – fejn il-Maltin baqgħu jgħollu l-istandards f’din il-kompetizzjoni, b’din is-sena, Malta kisbet l-akbar ammont ta’ midalji – li jammontaw għal 100 midalja – b’ 42 tad-deheb, 32 tal-fidda u 26 tal-bronż.
Dawn huma r-rebbieħa:
Irving Parnis: 14-il midalja
Roderick Abela: 12-il midalja
Matthew Vassallo: 10 midalji
Mark Scicluna: 7 midalji
Steve Ciappara: 6 midalji
Darren Camilleri, David Spiteri, Sergio Ebejer, Carl Imbroll: 5 midalji
Christian Sciberras u Rene Abdilla: 4 midalji
William Rutzen: 3 midalji
Ryan Dalli, Steve Aloisio, Matthew Vella, Rodney Camilleri, Melvin Caruana Camilleri: 2 midalji
Joseph Agius, Joseph Belluci, Christian Micallef, Cleavon Sciberras, John Mallia, Eucharist Farrugia, Joseph Agius, Joseph Belluci, Christian Micallef, Cleavon Sciberras, John Mallia, Eucharist Farrugia, George Bugeja, Joseph Mifsud, Stefan Fenech, Arnold Powell: midalja.