Dun Victor Grech kien ikona tal-ġustizzja soċjali f’pajjiżna. Dan intqal mill-eks Direttur tal-Caritas, Leonid McKay, illum il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, f’kummenti li għadda waqt il-programm ‘Bil-Fatti’ fuq ONE, fl-istess jum li fih tħabbret il-mewt tal-Monsinjur fl-għomor ta’ 95 sena.
“Jiena niddeskrivi lil Dun Victor nazzjonali tal-ġustizzja soċjali. Naħseb hu magħruf l-aktar għall-ħidma tiegħu fil-qasam tal-kura u r-riabilitazzjoni mid-droga. Kien il-bniedem li tkellem meta ħafna kienu jibżgħu jitkellmu, snin ilu, dwar il-pjaga tad-droga.”
Leonid McKay, Eks Direttur, CaritasREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-eks Direttur tal-Caritas qal kif il-fundatur ta’ din l-organizzazzjoni ma tkellimx biss fuq il-pjaga tad-droga, iżda wkoll dwar suġġetti oħrajn, bħall-użura u s-solidutni, fosthom fost iż-żgħażagħ.
McKay irrakkonta kif, fl-2014, Monsinjur Grech talbu biex jieħu f’idejh it-tmexxija tal-Caritas.
“Ħassejt li kienet responsabbilità kbira, għax ilbist żarbun li ispira u ħalla ħafna żgħażagħ u l-familji tagħhom.”
Leonid McKay, Eks Direttur, Caritas