Il-President Amerikan, Donald Trump, iffirma ordni ta’ sanzjoni fil-konfront tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, hekk kif qal li din hija illeġitima, u li tibbaża l-azzjonijiet tagħha, kontra l-Istati Uniti u l-alleati tagħhom – l-Iżraeljani.
Dawn ir-restrizzjonijiet, jinkludu fost l-oħrajn, restrizzjonijiet finanzjarji u oħrajn li jirragwardjaw il-VISA ta’ individwi u familji li jassistu f’investigazzjonijiet ta’ din il-Qorti, li hija bbażata f’The Hague – b’rabta maċ-ċittadini Amerikani jew l-alleati tagħhom.
Trump iffima din il-miżura, hekk kif il-Prim Ministru Iżrael Benjamin Netanyahu, kien qed iżur il-belt ta’ Washington.
Ftit tax-xhur ilu, din il-Qorti, ħarġet mandat għall-arrest fil-konfront tal-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, b’rabta ma’ dak li qed jiġri f’Gaża – xi ħaġa li l-istat Iżraeljan, jgħid li mhijiex veru. Din il-Qorti, ħarġet mandat simili fil-konfront ta’ uffiċjal għoli fi ħdan il-Hamas.