Ghall-ghaxar darba l-Malta Pool Association giet fdata mill-European Eight Ball Pool Federation biex torganizza l-kampjonati Ewropej gewwa pajjizna. Dawn il-kampjonati ser issiru gewwa d-DoubleTree by Hilton gewwa San Pawl il-Bahar.
Il-kampjonati ser jinkludu ghaxar kategoriji li huma tal-Irgiel A, Irgiel B, Irgiel C, Irgiel D, Nisa, Zghazagh taht it-tminntax –il sena, Zghazagh taht it-tlieta u ghoxrin sena, zewg kategoriji A u B ghall-players ta’ aktar minn hamsin sena kif ukoll kategorija ghall-players ta’ aktar minn sittin sena. Barra l-kampjonati tat-timijjiet fl-istess perjodu ser jintlaghbu l-kampjonati individwali Ewropej ghall-kategoriji tal-Irgiel, Nisa, Zghazagh taht it-tminntax –il sena, Zghazagh taht it-tlieta u ghoxrin sena kif ukoll ghall kategorija ta’ players ta’ aktar minn hamsin sena u dawk ta’ sittin sena.
F’ dawn il-kampjonati ser jiehdu sehem mhux anqas minn 10 pajjiz fosthom Belgium, Cipru, Franza, Ingilterra, Irlanda, Irlanda ta’ Fuq, Malta, Portugal, Skozja, u Wales. L-aqwa players mondjali, li jinkludu n-numru wiehed tar-rankings professjonali Tom Cousins kif ukoll bosta players professjonali ohra, ser ikunu gewwa pajjizna. F’ dawn il-kampjonati ser jiehdu sehem numru record ta’ participanti li jilhaq mhux anqas minn 98 tim kif ukoll aktar minn 700 player f’ kategoriji differenti.
Il-ftuh tal-kampjonati ser issir nhar is-Sibt 8 ta’ Frar bic-cerimonja tal-ftuh tibda fis-1 pm. Il-loghob tal-kampjonati fl-istess gurnata fis- 2.30 pm u jibqa sejjer sal-Gimgha meta jintlaghbu l-finali tal-kategoriji individwali kollha. Il-prezentazzjoni tal-unuri ser issir il-Gimgha 14 ta’ Frar filghaxija.
Malta ser tkun rapprezentata minn hdax il-tim Irgiel A, Irgiel B, Irgiel C, Irgiel D, zewg timijiet A u B fil-kategoriji taz-zghazagh taht it-tminntax –il sena, tim fil-kategorija ta’ taht it-tlieta u ghoxrin sena, zewg timijiet A u B fil-kategorija tat-timijiet ta’ players akbar minn hamsin sena kif ukoll zewg timijiet fil-kategorija ta’ players akbar minn sittin sena.
It-timijiet Maltin ser huma komposti kif indikat fil-fuljett li qieghed jigi annes ma’ dan l-artiklu.
Il-managers tat-timijiet ser ikunu kif gej:
Irgiel A Carmel Cilia
Irgiel B Malcolm Azzopardi
Irgiel C Keith Camilleri
Irgiel D Daniel Paul Grima
Zghazagh U/18 A Vince Saliba
Zghazagh U/18 B Duncan Edwards
Zghazagh U/23 Noel Cassar
Over 50’s A Pasquale Sciberras
Over 50’s B Charles Cassar
Over 60’s A Marcel Micallef
Over 60’s B Dominic Camilleri
Malta rebhet il-kampjonati Ewropej fil-kategorija tal-Irgiel tliet darbiet fil- 2002, 2008 u 2013 filwaqt li rebhet il-kampjonati taz-zghazagh ta’ taht it-tminntax –il sena fl- 1999 u 2023. It-tim taz-zghazagh ta’ taht it-tlieta u ghoxrin rebha il-kampjonati tal-kategorija erba’ darbiet fis-sena fil- 2015, 2016, 2018 u 2022.
Aktar unuri miksuba mill-assocjazzjoni huma r-rebh tal-kampjonati mondajli tal- kategorija taz-zghazagh ta’ taht il-wiehed u ghoxrin sena fil- 2011, kampjonati mondjali tal-kategorija tal-Over 50s fl-2018 u kampjonati mondjali tal-kategorija taz-zghazagh ta’ taht it-tminntax -il sena f’ dawn l-ahhar sentejn. Anton Cuschieri, Clayton Attard u Dejan Grech rebhu t-titlu tal-Kampjonati Ewropej individwali fl- 2017, 2011 u 2022 rispetivament filwaqt li Dejan Grech u Scott Muscat rebhu l-kampjonati Ewropej tal-kategorija taz-zaghazagh ta’ taht it-tlieta u ghoxrin sena. Christ Mills sar champion tad-dinja tal-kategorija Over 50’s fl-2018 filwaqt li Scott Muscat kiseb it-titlu mondjali taz-zghazagh ta’ taht il-hamsa u ghoxrin sena mirbuh f’ Ottubru tas-sena 2022.
Id-dhul ghall-kampjonati ser ikun b’ xejn.
Il-kampjonati ser ikollhom fond ta’ premjijiet ta’ mhux anqas minn € 30,100.
Id-diretur tal-kampjonati Ewropej ser ikun Vincent Degiorgio li huwa s-segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll tezorier tal-European Eight Ball Pool Federation u World Eight Ball Pool Federation ghal dawn l-ahhar 24 sena.