Wara ħasda inizjali, Floriana dawru telfa f’rebħa kbira ta’ 4-1 kontra l-Għawdxin ta’ Victoria Hostpurs biex b’hekk kisbu l-passaġġ għall-kwarti tal-finali tal-Meridianbet FA Trophy.
Kienu l-Hotspurs li fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta d-difensur FERDINANDO APAP wara li rċieva minn cross pinġut minn azzjoni ta’ corner, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu li ntemmet ġewwa.
Izda l-Greens żammew sod u ħames minuti wara d-debuttant Gabriel Sotomyaor għadda tajjeb lejn Fernandinho iżda l-Brażiljan naqas milli jikkontrolla l-ballun meta kien żmarkat għal kollox.
Iżda FERNANDINHO patta bis-sħiħ għal dan l-iżball fl-14-il minuta meta approfitta minn nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn id-difensuri tal-Hotspurs u wara li rċieva mingħand Aleandro Garzia spara ġewwa.
Floriana komplew jiddettaw il-logħob u fit-18-il minuta il-goalkeeper ta’ Victoria Parnis salva tajeb xutt sabiħ ta’ Fernandinho wara li reġa’ rċieva mingħand Garzia.
Sotomayor tilef ċans tad-deheb li jnżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers fid-debutt tiegħu fit-23 minuta meta għeleb in-nasba tal-offside iżda kellu l-lob delizzjuż tiegħu jgħaddi ftit barra.
Fis-26 minuta l-Għawdxin kellhom ċans tad-deheb li jerġgħu imorru fil-vantaġġ meta Kurt Borg dar tajjeb ma’ Fullion iżda x-xut tiegħu ġie kklerjat minn fuq il-linja minn Guy Yameogo.
Fil-ħin mizżud, Floriana kellhom ċans ieħor ta’ skor meta Fernandinho dar tajjeb ma’ Parnis iżda x-xutt tiegħu ġie devjat minn difensur biex ta ċans lill-goalkeeper tal-Hotspurs li jsalva tajjeb qabel il-ballun seta’ jabeż il-linja.
Floriana dehru ittrasformati wara l-mistrieħ u fit-52 minuta irduppjaw l-iskor meta ELVIS MASHIKE SUKISA sab l-ispazju fil-kaxxa u kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu li ma ta l-ebda ċans lil Parnis biex b’hekk skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tal-Greens.
Il-Greens bdew jiddominaw għal kollox u fid-69 minuta għalqu l-logħba meya GABRIEL SOTOMAYORA irċieva l-ballun fil-kaxxa u għeleb lil Parnis permezz ta’ xutt fil-baxx.
Il-Hotpsurs krollaw għal kollox u Floriana ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fit-82 minuta meta ż-żagħżugħ ANTIAGO DE FLAVIA kellu xutt b’saħħtu fil-baxx li ntemm ġewwa biex b’hekk skorja l-ewwel goal tiegħu mat-tim tal-kbar ta’ Floriana.
Referee: Daniel Portelli