Il-Bank of England biħsiebu jnaqqas ir-rati tal-imgħax fuq self bi kwart ta’ punt perċentwal biex jippermetti li dan iservi ta’ stimolu favur l-investimenti.
Dan hekk kif il-problemi ekonomiċi fil-pajjiż issoktaw, tant li mhux eskluż li l-pajjiż ikollu jaqta’ mill-baġit tiegħu allokat għal din is-sena.
Analisti finanzjarji internazzjonali qed iqisu li d-deżijoni tal-Bank of England hi intiża wkoll biex tiddgħajjef l-Isterlina bil-għan li anke l-esportazzjoni nazzjonali tirkupra xi ftit.
Il-Bank mistenni jippubblika r-rapport li jivvaluta x-xejra ekonomika flimkien ma’ din id-deċiżjoni fejn l-ekonomisti qed ibassru inqas tkabbir fil-Prodott Gross Domestiku għall-2025 minn 1.5% għal 1% jew erba’ darbiet inqas mil-livell ta’ Malta.