Il-wirja ‘Wiċċ il-Karnival: Wirja t’Uċuh u Maskri’, li qed tittella’ fi Spazju Kreattiv, b’kollaborazzjoni ma’ Festivals Malta, sas-16 ta’ Marzu li ġej, tesebixxi wħud mill-aqwa xogħlijiet tal-kartapesta tal-Karnival li qatt saru.
Fost dawn hemm xogħol ta’ Michael Grech, artist ibbażat fil-Birgu, u maskri tal-Karnival tal-Landa Carnival Company, it-Triton Carnival Company u d-DreamTeam Carnival Company.
B’kollox, il-wirja tikkonsisti fi 11-il ras tal-kartapesta u toffri interpretazzjonijiet tal-maskri tradizzjonali Maltin.
Aaron Zahra, Chairman ta’ Festivals Malta, qal li l-wirja qed tħalli impatt kbir fil-promozzjoni tal-Karnival, li din is-sena se jsir bejn it-28 ta’ Frar u l-4 ta’ Marzu fil-Belt u l-Furjana, waqt li tkompli tgħolli l-interess fost il-pubbliku.
Għal aktar dettalji dwar il-wirja jinsabu fuq is-sit uffiċjali ta’ Festivals Malta – www.festivals.mt/karnival.