L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali organizzat ġurnata ta’ taħriġ għall-kunsillieri, Segretarji Eżekuttivi, u ħaddiema klerikali, bil-għan li jiżdied l-għarfien tagħhom dwar is-sistemi mħaddmin u jkunu f’pożizzjoni aħjar li jagħżlu l-kandidati għall-postijiet vakanti.
Dan il-pass qed jitwettaq biex jissodisfa l-aspettattivi tar-residenti u jtejjeb il-kapaċità tal-organizzazzjoni kollha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-President tal-Assoċjazzjoni, Mario Fava, qal li taħriġ simili hu strumentali fl-appoġġ lis-sindki u l-kunsillieri fil-qadi ta’ dmirijiethom, waqt li tiġi pprovduta l-assistenza kollha meħtieġa lill-amministrazzjoni biex l-operat tal-kunsilli jkun aktar effettiv u effiċjenti.