L-aġenzija governattiva Project Green irċeviet total ta’ 14-il offerta biex tirriġenera l-Ġonna storiċi ta’ San Anton f’Ħ’Attard, wara li waslet fi tmiemha s-sejħa għall-offerti biex il-pjani jgħaddu għall-proċess li jmiss.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green, Joseph Cuschieri, qal li issa l-offerti se jiġu evalwati mill-esperti biex jagħżlu l-aktar vantaġġuża u li tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji biex jibda x-xogħol f’dan is-sit storiku, li hu mfittex minn ħafna familji s-sena kollha.
Dan mhux l-uniku proġett maġġuri li qed twettaq Project Green, tant li bħalissa qed jiġu evalwati disa’ offerti oħrajn, wara l-ħruġ ta’ 17-il sejħa differenti fl-aħħar xhur.
Dawn għandhom valur ta’ madwar €24 miljun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/06100027/WhatsApp-Image-2025-02-06-at-9.47.26-AM-1024x682.jpeg)