Julie Zahra, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Kultura u l-Arti, ma kinitx kapaċi isemmi l-ktieb favorit tagħha bil-lingwa Maltija.
Waqt il-programm ‘Il-Każin’, fejn ħadet sehem f’diskussjoni mal-Ministru għal Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-preżentatur Jon Mallia staqsiha, kif għamel mal-Ministru, liema hu l-aktar ktieb favorit tagħhom bil-Malti.
Kien hawn li d-Deputata Nazzjonalista spiċċat żelqet fin-niexef, waqt li weħlet kif se twieġeb.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
JON MALLIA: “Il-ktieb Malti favorit tiegħek?”
IL-MINISTRU OWEN BONNICI: “Il-Pulenna tad-deheb”.
JULIE ZAHRA: “Għandi diversi…. jien naf”.
JON MALLIA: “Kieku jkollok tagħżel wieħed, agħtini tlieta, trid tagħtini tlieta?”
JULIE ZAHRA: “Le le, qbadtni fuq sieq waħda”.