Clyde Camoin ta’ 37 sena mill-Furjana baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li aggredixxa żewġ surġenti u tliet kuntistabbli.
Fil-Qorti intqal li l-akkużat allegatament kisser in-nuċċali ta’ Surġent, filwaqt li m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija.
Quddiem il-Maġistrat Ann Marie Thake, intqal kif l-akkużat allegatament kien qed jimxi quddiem l-uffiċċju tal-Financial Crimes Investigations Department, l-FCID, meta f’punt minnhom beda jsabbat fuq il-bieb tal-ħġieġ, bill-kuntistabbli li kien mal-bieb spiċċa jsejjaħ lill-Pulizija tad-distrett għall-għajnuna.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, bir-raġel jibqa’ jinżamm arrestat.