Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Silvio Schembri laqa’ b’sodisfazzjon id-digriet tal-Maġistrat. Huwa tenna li din tikkonferma dak li dejjem sostna hu stess, li minn dak kollu li qal Azzopardi ma hemm xejn.
Sostna li biex fl-aħħar wasal f’dan il-punt, kellu jgħaddi minn martirju personali li beda f’lejlet l-ewwel tas-sena. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li emmnu fih fosthom lil martu u lit-tfal tiegħu li dejjem baqgħu sodi minkejja kollox.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI