L-Awtorità tal-Artijiet ressqet applikazzjoni għal linji gwida b’rabta mal-istabbilimenti kummerċjali fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex. Dan l-iżvilupp isegwi proposti mir-residenti u għaqdiet mhux governattivi fis-sajf li għadda.
Din l-applikazzjoni, b’hekk għandha l-intenzjoni li tippreżenta approċċ waħdieni, li jagħti spazju adegwat lill-istabbilmenti kummerċjali, filwaqt li tirrispetta l-istorja tal-pjazza.
Minbarra hekk tipprovdi distinzjoni ċara bejn iż-żoni tal-imwejjed u s-siġġijiet fil-ġnub tal-pjazza u żona għall-pubbliku, kif indikat fil-proposti.
Ingħad li l-applikazzjoni għadha fi stadju bikri u, b’hekk, hemm lok għal aktar diskussjonijiet mal-entitajiet konċernati.