Fi stqarrija, il-Gvern ħabbar li se jsellem il-memorja ta’ Monsinjur Victor Grech, permezz ta’ funeral li se jiġi organizzat mill-Istat.
Intqal li l-Gvern ħa d-deċiżjoni biex jorganizza mill-Istat il-funeral ta’ Monsinjur Grech b’rikonoxximent għall-ġid straordinarju li wettaq dan il-bniedem, li f’ħajtu dejjem ra li kulħadd ħaqqu opportunità oħra biex jgħix ħajja sabiħa.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru tkellem mal-familja u dawk li kienu l-aktar qrib Monsinjur Victor Grech biex flimkien magħhom isiru l-arranġamenti neċċessarji fl-organizzazzjoni tal-funeral.
Id-dettalji dwar il-funeral ta’ Mons. Grech jitħabbru aktar tard.
AQRA AKTAR: