![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/10/03094722/RAY_ABELA-768x1024.jpg)
L-Onorevoli jagħmel diskors dwar il-Data Governance fid-3 ta’ Frar 2025, fejn jirrifletti fuq l-evoluzzjoni tal-ħażna tad-data minn kalkulaturi u hard disks sa servers u cloud storage. Jenfasizza l- importanza li d-data tiġi protetta u miżmuma kunfidenzjali, speċjalment meta tiġi miġbura minn apps u e-servizzi bħall- internet banking u e-gov.
Jispjega t-tifsira ta’ governanza bħala s-sistema ta’ regoli, proċessi u strutturi li jidderieġu u jmexxu organizzazzjoni jew pajjiż, u kif governanza tajba tiżgura responsabbiltà, trasparenza u effiċjenza. Jirreferi għad-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru Robert Abela biex isaħħaħ il-governanza, inkluża l-introduzzjoni tal-Att dwar il- Whistleblower u l-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti.
Jenfasizza l-bżonn li nindirizzaw il-governanza tad-data f’era diġitali, fejn teknoloġiji bħall-AI u l-open source jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tad-data. Jirreferi għall-Direttiva Ewropea dwar id-Data Miftuħa (Open Data Directive) u l-importanza li Malta taġġorna l- leġiżlazzjoni biex tiffaċilita l-aċċess u l-użu sigur tad-data.
Fl-aħħar, jappella biex inkomplu nkunu koerenti mal-iżviluppi teknoloġiċi u x-xejriet diġitali, billi nfasslu policies ċari u aġġornati li jindirizzaw in-neċessitajiet tal-poplu Malti f’dinja diġitali li qed tinbidel kontinwament.