Somalu ta’ 42 sena ġie arrestat wara azzjoni immedjata mill-Pulizija ftit wara li seħħet serqa f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ matul il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta f’San Ġiljan.
Kienu għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu li ntalbet l-assistenza fi Triq San Ġorġ, wara rapport li Franċiż ta’ 26 sena safa aggredit u misruq.
Is-Somalu pprova jaħrab minn fuq il-post iżda ġie miżmum mill-Pulizija.
Huwa qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u se jkun qed jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat Dr Kevan Azzopardi.