Ir-Reverendu David Torpiano, Viċi Arċipriet tal-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, tenna li “f’pajjiż korrott, wieħed ma jistenniex deċiżjonijiet ġusti”, bħala botta wara li tender għar-restawr fuq il-knisja twaqqaf minħabba suspetti serji dwaru.
L-għada li stieden lill-poplu Malti u Għawdxi kollu għall-festa ta’ San Pawl għat-Tnejn li ġej fil-kapitali, Torpiano spara din l-akkuża fuq il-Facebook tiegħu fl-istess ġurnata l-Bord tar-Reviżjoni tal-Kuntratti sab li kien hemm bażi soda biex kuntratt ta’ iżjed minn €164,000 għar-restawr tal-faċċata u l-kampnari tal-Knisja jitwaqqaf minħabba suspetti ta’ konflitt ta’ interess minn membru tal-bord tal-aġġudikazzjoni.
Minkejja dan, il-qassis xorta ħass li kellu jattakka bħala “korrott” l-uniku pajjiż, li qed jagħti sostenn sħiħ lill-poplu u n-negozji quddiem kriżijiet internazzjonali, waqt li sena wara oħra baqa’ jsaħħaħ bla preċedent l-għajnuna soċjali lil ġensu.