Il-Pulizija f’Texas qed iressqu tfajla ta’ 18-il sena l-Qorti wara li qaltilhom li gidbet meta qalet li nħatfet u li ġiet stuprata madwar ġimgħatejn ilu.
Breana Talbott ġiet arrestata wara li qalet lill-Pulizija li l-ġrajja li hi rrakkontat, fejn qalet li kienu involuti “tlett irġiel suwed”, ma kien xejn ħlief ħrafa.
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija, Jay Burch, qal li l-azzjonijiet tagħha huma “insult għall-komunità, b’mod partikolari lejn il-komunità Afrikana-Amerikana.”
Hi qed tiġi akkużata li għamlet rapport falz.