Fil-programm ‘Ħadt l-Aħbar’, immexxi minn Glenn Falzon fuq ix-xandir nazzjonali, l-Avukat Chris Cilia spjega kif jaqbel mar-riforma proposta mill-Ministeru għall-Ġustizzja fl-inkjesti maġisterjali għal numru ta’ raġunijiet, fosthom għax din se ssaħħaħ il-liġi relatata.
“Inti kif jista’ jkollok rikors għal inkjesta li hu bbażat biss fuq x’intqal f’dik il-gazzetta jew midja, li lanqas huma mainstream … hemmhekk intqal li dak għamel hekk, hemmhekk intqal li dak għamel hekk. Hekk niftħuha l-inkjesta? Hekk ghandu jkun?”
L-Avukat Chris CiliaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hu spjega id-differenza bejn it-tip ta’ provi li huma aċċettati bħala validi f’każ quddiem il-qrati tagħna ghal dawk li l-Qorti tal-Maġistrati qatt ma tasal taċċetta.
“Irid ikun hemm li, jekk se tagħmel talba għal inkjesta, irid ikollok bażi ta’ provi f’dik it-talba ta’ provi li, imbagħad, ikunu produċibbli fil-proċess ġudizzjarju – x’qalet dak il-blog fuq Ċikku, jien se mmur bih quddiem maġistrat f’kawża kriminali? Jgħidli tridx tmur tixxejjer – jgħidli mela hawnhekk qegħdin fuq it-televixin jew hawn qegħdin il-monti?”
L-Avukat Chris Cilia
Spjega kif id-dritt taċ-ċittadin li jiftaħ inkjesta privata se jinżamm, iżda issa se tiddaħħal sistema li, biha, se jkun hemm aktar responsabbilizzazzjoni ta’ min jitlob inkjesta bil-maġistrat.
“Din ir-riforma ma xxekkilx id-dritt, imma tirresponsabbilizzzah … biex dak id-dritt jiġi użat, imma mhux abbużat.”
L-Avukat Chris Cilia
Dr Cilia jingħaqad ma’ numru ta’ avukati u esperti legali oħrajn li qed jaqblu mat-tibdil propost.
L-Avukat Ezekiel Psaila, li tkellem ma’ ONE News fl-aħħar jiem, spjega li din ir-riforma kienet ilha mistennija sew u se taqta’ l-abbuż, filwaqt li l-Avukat Veronique Dalli waqt il-programm ‘Sibt il-Punt’, spjegat kif din ir-riforma tagħti aktar drittijiet lill-familji tal-vittmi u anke lill-akkużati b’tali mod li ssaħħaħ il-ġustizzja.
Fost l-ilħna li ħarġu kontra din ir-riforma hemm dawk mill-għaqda estremista Repubblika u l-Partit Nazzjonalista, bir-rappreżentant tagħhom Karol Aquilina jgħid li r-riforma taġevola faxxa waħda tas-soċjetà.
Ma’ dan ingħaqad Edward Debono, l-Avukat tal-Kap Nazzjonalista, li ħareġ kontra r-riforma għax issa se jiġu aċċettati provi konkreti biex tinfetaħ tali inkjesta u mhux iżjed fuq dak li jkun qal xi ħadd x’imkien, bħal f’xi ħanut tax-xorb.
Sadanittant, fl-istess programm tax-xandir nazzjonali, l-eks uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista Malcolm Mifsud qal li hu ħażin ħafna li tneħħiet il-preskrizzjoni tal-korruzzjoni tal-politiċi.
“Neħħejna l-preskrizzjoni … ħażin ħafna wkoll.
L-eks uffiċjal tal-PN Malcolm Mifsud