Tifel Taljan ta’ 14-il sena ġie mmultat €116.46 talli nqabad b’sikkina fuqu fi stabbiliment tax-xiri fil-Mosta. Il-Każ imur lura għas-27 ta’ Diċembru tal-2023.
Quddiem il-Maġistrat Abigail Critien, it-tifel ammetta li hu ħati, bid-difiża tgħid li t-tifel sab is-sikkina u ddeċieda li jżommha għax kienet għoġbitu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni qalet biex tingħata piena minima.
Il-Qorti kkonkludiet li, peress li t-tifel għandu fedina penali nadifa u ammetta l-akkużi bla ebda oġġezzjoni, immultatu s-somma ta’ €116.46.