Il-Kunsill Lokali tan-Nadur, immexxi mis-Sindku Nazzjonalista Edward Said, ħu l-eks Ministru Chris Said, irringrazzja lill-Gvern u indika li, kieku ma kienx għas-sostenn kontinwu tiegħu, l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Karnival spontanju tant magħruf fil-lokalità lanqas biss kien jiġi organizzat.
F’kumment fuq il-midja soċjali, il-Kunsill faħħar għal aktar minn darba lill-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, u d-Direttorat tal-Wirt Kulturali, għax, permezz tal-għajnuna mogħtija minnhom, attività, bħalma hu l-Karnival li jinvolvi dejjem spejjeż akbar, tkun tista’ ssir b’suċċess.
Il-Karnival tan-Nadur hu mfittex kull sena kemm minn Maltin kif ukoll barranin u hu stmat li jattira lejh mal-50,000 persuna kull darba.
Mat-tifħir tal-Kunsill tan-Nadur, wasslet ukoll konferma simili dwar l-appoġġ imprezzabbli tal-Gvern mis-Sindki f’Ta’ Sannat, Philip Vella, u tal-Qala, Paul Buttigieg, u tal-Għasri, Daniel Attard.
Buttigieg saħansitra tenna li, proġetti li kienu ilhom ħolma għal 50 sena, saru biss b’fondi mill-Ministeru għal Għawdex.
L-istess tifħir tal-Kunsill tan-Nadur u anke kummenti tas-Sindki jikkontradixxu kompletament l-akkużi tal-Kelliem Nazzjonalista għal Għawdex, Alex Borg, li qal li teżisti xi kriżi b’nuqqas ta’ komunikazzjoni u koperazzjoni bejn il-Ministeru ta’ Clint Camilleri u l-kunsilli Għawdxin.
Daniel Attard, li sa ftit ta’ snin ilu kien jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista, qal fl-istess messaġġ fuq il-midja soċjali fejn ikkonferma dak li ntqal mill-Kunsill tan-Nadur, li bħalissa għaddejjin attakki mhux mistħoqqa fuq il-Ministeru għal Għawdex.
Kompla li fil-11 il-sena kemm ilu Sindku tal-Għasri dejjem sab koperazzjoni sħiħa mill-Gvern, inkluż fit-twettiq ta’ proġetti kapitali u kulturali kbar, kif inhu dak attwali ta’ Wied Sara, li se jiswa mijiet ta’ eluf b’appoġġ dirett mill-Gvern ċentrali.
Min-naħa tiegħu, Philip Vella qal li kull kunsill f’Għawdex, kemm dak Laburista u anke Nazzjonalista, għandu jirringrazzja lill-Ministru Clint Camilleri għas-sostenn finanzjarju li dejjem ta u għadu jagħti f’diversi okkażjonijiet, minn attivitajiet kulturali sa proġetti kapitali.
Hawn xejjen il-qerq ta’ Alex Borg, li uża imejl mill-Kunsill Reġjonali t’Għawdex, li allegatament inħarġet minn wara dahar il-President tal-istess reġjun u b’konfoffa bejn żewġ Sindki Nazzjonalisti, sempliċiment biex jaġevolaw l-aġen