Il-funeral tal-eks Sindku ta’ Birżebbuġa Joe Farrugia, magħruf bħala “r-Ricky”, se jsir nhar is-Sibt li ġej fit-8.30 ta’ filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen.
Il-mewt tar-“Ricky”, li, għal snin twal, hu kien Sindku tal-lokalità sa mill-ħolqien tal-kunsilli, sakemm f’Settembru tal-2021 iddeċieda li kien wasal iż-żmien biex iċedi postu u, f’Settembru ta’ dik is-sena, ħalla f’idejn is-Sindku preżenti, Scott Camilleri, tħabbret it-Tnejn waranofsinhar.
F’waħda mill-aħħar dehriet tiegħu f’attivitajiet pubbliċi b’risq il-lokalità li tant ħadem għaliha, Farrugia kien preżenti meta tnieda l-pjan tar-riġenerazzjoni tax-Xatt ta’ Birżebbuġa, mill-Prim Ministru Robert Abela, fl-aħħar jiem.