Ħafna nies ma jgħaddux mingħajr Facebook, oħrajn ma jiftakrux il-ħajja kif kienet mingħajru. Illum din il-midja soċjali fenomenali tagħlaq 21 sena.
Kien nhar l-4 ta’ Frar 2004 li Mark Zuckerberg flimkien mal-kollegi tiegħu fl-Università ta’ Harvard Eduardo Saverin, Andrew McCollum, Dustin Moskovitz u Chris Hughes li bdew ‘The Facebook’ inizjalment limitat biss għal studenti tal-Università tagħhom iżda wara ftit ġie estiż għal studenti oħra fl-akwati ta’ Boston u gradwalment inbena network mal-maġġoranza tal-universitajiet Amerikani u Kanadiżi kif ukoll korporazzjonijiet sakemm sal-2006 kull min kellu indirizz elettroniku validu u kellu tlettax-il sena jew aktar seta’ juża Facebook.
Sal-2007 Facebook sar l-aktar sit tal-midja soċjali popolari fid-dinja.
Id-dominju ta’ Facebook kien kruċjali bl-akkwist ta’ Instagram, WhatsApp u Oculus VR sabiex estenda l-influwenza tiegħu minn sempliċiment networking soċjali għall-messaġġi u realtà virtwali.
Fl-2021 Facebook kien rebranded bħala Meta bl-impenn tal-progress lejn it-teknoloġija tal-futur. Iżda dan kollu ma jiġiex mingħajr kontroversji fejn ħafna drabi l-użu ħażin b’fake profiles u hate speech itappan il-kumdità ta’ komunikazzjoni madwar id-dinja f’ħin reali.
Sfortunatament permezz ta’ Facebook kulħadd sar ġurnalist fejn ħafna drabi aħbar ma tiġiex ivverifikata fil-ġirja biex inkunu tal-ewwel u l-ħajja privata ta’ kulħadd hija miftuħa għall-iskrutinju tal-pubbliku.
Iżda sabiħ ukoll li jintuża biex tikkomunika mal-familjari u ħbieb faċilment minkejja d-distanza u filgħodu wieħed jgħidilhom l-għodwa t-tajba jew jawguralhom għal xi anniversarju li qed jiċċelebraw.
Kontroversjali jew le, ħafna nies ma jgħaddux mingħajr Facebook.
Awguri Facebook