Raġel ta’ 68 sena residenti Raħal Ġdid ilbieraħ weġġa’ gravi wara li, lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7:00, intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena minn Raħal Ġdid ukoll.
L-aċċident seħħ fi Triq il-Palma, f’Raħal Ġdid, fejn il-Pulizija rrikorriet minnufih, flimkien ma’ ambulanza u tim mediku li ta l-Ewwel Għajnuna. L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ