Louise Doneo u l-Esperti tagħha se jerġgħu jkunu mas-segwaċi ta’ ONE fl-iskeda tal-Ħarifa li jmiss. Dan il-programm tant popolari mal-udjenzi televiżivi ta’ Malta u Għawdex kellu l-bidu tiegħu lura fl-2006 u l-edizzjoni tal-Ħarifa li jmiss se tkun is-6 darba li ser jittella’.
Madankollu, il-programm ma jkunx jismu Esperti jekk ma jkollniex l-Esperti magħżulin u mill-lum, infetħu l-applikazzjonijiet biex min irid, jikteb lit-tifel/tifla tiegħu biex jiġu jagħmlu prova biex jittantaw irwieħom u jidħlu biċ-ċans li jkunu parti mit-team ta’ Louise ta’ din is-sena.
Jekk għandek tfal li taħseb li jmorru tajjeb quddiem il-kamera għax għandhom risposta għal kollox u għandhom bejn 5 u 9 snin, iġbor applikazzjoni mir-reception ta’ ONE. Hemmekk jingħatalek appuntament biex tkun tista’ ġġib it-tfal għal prova/audition.
Tħallux għall-aħħar għax il-postijiet huma limitati.