Mara ta’ 45 sena li tgħix Birżebbuġa weġġgħet ħafif wara li ħabta bejn karozza u trakk f’Ħal Tarxien.
Il-każ seħħ ftit wara s-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq tal-Barrani – viċin il-mina ta’ Santa Luċija, direzzjoni lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż.
Fuq il-post kien hemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħarġu lill-mara mill-karozza. Dan minħabba li kawża tal-inċident il-karozza baqgħet dieħa f’siġra.
Fuq il-post marru wkoll il-Pulizija. Mill-ewwel investigazzjonijiet ħareġ li kien hemm ħabta bejn it-trakk, misjuq minn raġel ta’ 30 sena u l-karozza misjuqa mill-mara.
Tim mediku ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei. Bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.