Il-Malta Cine Circle qed iniedi sejħa għall-parteċipazzjoni fil-65 Kompetizzjoni Nazzjonali ta’ Films Qosra. Din hi miftuħa għal ċittadini Maltin u għal barranin residenti f’Malta li għandhom karta tal-identità Maltija.
Din l-iktar kompetizzjoni tax-xorta tagħha li ilha teżisti f’Malta u waħda minn tal-ewwel stabbiliti fid-dinja. Ħafna mill-produtturi tal-films Maltin tal-lum jafu l-bidu tagħhom f’din il-kompetizzjoni.
Kwalunkwe numru ta’ produzzjonijiet jistgħu jkunu sottomessi fuq kwalunkwe suġġett. Il-parteċipazzjoni hi bla ħlas.
Din hi opportunità kbira għall-produtturi tal-films u studenti f’Malta biex ikunu kreattivi u jesebixxu x-xogħol tagħhom.
Għar-regoli u kundizzjonijiet ta’ din il-kompetizzjoni, wieħed jista’ jżur il-link http://www.maltacinecircle.org u jissottometti l-formola tal-parteċipazzjoni onlajn.
Aktar tagħrif jinkiseb billi persuna ċċempel fuq 9946 0866.