Ħamrun 147 A baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball wara li ddominaw il-konfront li kellhom kontra Domus Kids Żejtun tant li rebħulhom 11-0. Din kienet il-11-il rebħa staġjonali għall-Ħamruniżi sabiex b’hekk baqgħu jżommu l-punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom Cospicua Rangers li min-naħa tagħhom rebħu lil Selmun Sports Club A 11-3. kien hemm rebħiet identiċi ta’ 11-5 minn Ħamrun 147 C u Jojo’s Birżebbuġa li għelbu lil San Ġwann Boċċi u Ħamrun 147 B rispettivament.
Qormi Pinto rebħu l-konfront dirett wara skor ta’ 11-9 kontra Qormi Anici Boys sabiex mhux biss qabżuhom fil-klassifika iżda għandhom punt vantaġġ fuq l-istess avversarji.
San Ġwann Tiki Taka A saħħew it-tielet post tal-klassifika wara rebħa ta’ 11-8 kontra Qormi Anici Lions. It-tieni tim ta’ San Ġwann Tiki Taka rebħu wkoll kontra Cospicua Rangers B 11-4. Min-naħa l-oħra, Qormi Anici Stars rebħu lil Birkirkara Juve 11-6.
F’sezzjoni A tal-Community League, il-leaders PL Balzan kellhom rebħa ta’ 11-5 kontra Attard Scorpions. Fit-tieni post hemm San Ġwann Tiki Taka C li għelbu lil Selmun Sports Club B 11-3. fl-istess waqt kien hemm bilanċ assolut fil-logħbiet bejn PL Floriana u Qormi Anici Cappadocia u Siġġiewi Montekristo kontra Zebbuġ St Joseph bir-riżultat finali jkun dak ta’ 10-10.
F’sezzjoni B tal-Community League Qormi Anici Calleja Ltd komplew għaddejjin bil-mument pożittiv tagħhom wara rebħa ta’ 11-7 kontra Mrieħel Billiard House.
Valletta Fossa Boys għelbu lil Qormi San Bastjan Boċċi 11-8 filwaqt li Selmun Sports Club C u San Ġwann Tiki Taka D spiċċaw fi draw ta’ 10-10.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI
Ħamrun 147 A 19, Cospicua Rangers 18, Jojo’s Birżebbuġa 14, Ħamrun 147 B, Selmun Sports Club A , Ħamrun 147 C 9, San Ġwann Boċċi 4, Domus Kids Zejtun 0
KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI
Qormi Pinto 19, Qormi Anici Boys 18, San Ġwann Tiki Taka A 18, San Ġwann Tiki Taka B 12, Cospicua Rangers B, Birkirkara Boċċi 9, Qormi Anici Lions 6, Qormi Anici Stars 3, Birkirkara Juve 0.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni A
PL Balzan 16, San Ġwann Tiki Taka C 12, Qormi Anici Cappadocia 10, siġġiewi Montekristo, Selmun Sports Club B 7, Zebbuġ St Joseph 6, PL Floriana 5, Attard Scorpions 4.
KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – Sezzjoni B
Qormi Anici Calleja Ltd 16, Valletta Fossa Boys 13, San Ġwann Tiki Taka D 10, Gzira Titans, Qormi San Bastjan Boċċi, Selmun Sports Club C 4, Mrieħel Billard House 0.