L-inizjattiva ‘Clean Oceans and Mapping Our Seas’ tistieden lill-anzjani jiffokaw fuq sfidi ambjentali u l-preservazzjoni tal-wirt marittimu ta’ Malta. Din is-sezzjoni tagħmel parti minn wirja akbar, bl-isem ta’ ‘An Island at the Crossroads’, li toffri esperjenza immersiva minn żminijiet preistoriċi sal-lum il-ġurnata. Il-programm maħsub għall-ħtiġijiet tal-anzjani jispiċċa f’Marzu.
Żewġ slots huma preżentament disponibbli: mill-10:00 a.m. sa 12:00 p.m. u mis-2:00 p.m. sal-4:00 p.m., u sessjonijiet ta’ tmiem il-ġimgħa jistgħu jiġu organizzati wkoll. Servizz ta’ trasport b’xejn hu pprovdut. Din l-inizjattiva hi riżultat ta’ sħubija bejn Heritage Malta u l-Mużew Marittimu ta’ Stavanger, iffinanzjat mill-Għotjiet ŻEE u Norveġja 2014-2021.
Aktar tagħrif jinkiseb b’kuntatt fuq education.heritagemalta@gov.mt jew bit-telefown fuq 2295 4300